Taqleb għall-aħjar iż-żagħżugħa Kolombjana ta’ 25 sena li fis-7 ta’ Awwissu li għadda qalgħet daqqa ta’ flixkun imkisser waqt argument li nqala’ fuq il-bajja viċin Triq il-Wilġa, f’Paceville.
L-argument kien seħħ għall-ħabta tal-10am meta ż-żagħżugħa kienet qed tgħum flimkien ma’ persuna oħra fiz-zona tal-lukanda Dragonara.
Jidher li f’ħin minnhom iż-żagħżugħa ġiet avviċinata minn raġel u f’dak il-mument seħħ l-argument spiċċat qalgħet daqqa ta’ flixkun.
Iż-żagħżugħa kienet ittieħdet l-isptar Mater Dei fejn irriżulta li kienet qed issofri minn ġrieħi serji.
Wara li seħħ dan l-inċident il-Pulizija bdiet tfittex l-aggressur u ġie arrestat filgħaxija tal-istess jum.
//= $special ?>