Anzjan ta’ 77 sena residenti Birkirkara jinsab l-isptar Mater Dei jissielet għal ħajtu wara li ttajjar minn karozza.
L-inċident seħħ l-Erbgħa tard waranofsinhar għall-ħabta tal-5:10 fil-bypass ta’ Birkirkara.
Il-Pulizija marru fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-anzjan ittajjar minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena residenti l-Imsida.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti lill-anzjan li ftit tal-ħin wara ttieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza għall-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji u li jinsab fil-periklu mewt.
Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici ħatar Inkjesta bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>