Ninsabu fl-eqqel tal-festa ta’ Santa Marija li tiġi ċċelebrata f’numru ta’ lokalitajiet kemm f’Malta u f’Għawdex, fosthom fil-lokalità tal-Mosta.
Kien għalhekk li l-Ħamis filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żar din il-lokalità fejn hemmhekk kellu l-okkazjoni li jattendi l-pontifikal flimkien ma’ sinjura tiegħu Ann Marie Grech.
Wara l-pontifikal Bernard Grech żar diversi każini u għaqdiet fejn tkellem dwar l-importanza tal-ħidma tal-kunsilli lokali, u qal li l-għan tagħhom huwa li jaqdu lir-residenzi kif ukoll lil-lokalità biex isiru proġetti bi pjan, bi ħsieb u konsultazzjoni.
Intant huwa tenna li taħt it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista l-Mosta tiġa ħadet ir-ruħ.
Preżenti kien hemm l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola flimkien ma’ sindku u membri tal-kunsill lokali.
//= $special ?>