Il-Bajja ta’ Fomm ir-Riħ ingħalqet għall-pubbliku wara li waqa’ blat kbir mill-irdum b’riżultat li hemm periklu kbir għal dawk li jżuru ż-żona.
L-għeluq tal-bajja ttieħdet bħala prekwazzjoni hekk kif skont diversi esperti hemm probabbiltà kbira li jċedi iżjed ġebel u tafal.
Din il-miżura se tibqa’ fis-seħħ sakemm jnħareġ avviż ieħor.
Dan l-inċident seħħ eżatt sena wara li l-arkitett Alex Torpiano sostna mat-Times of Malta li din iz-zona hi ta’ periklu kbir tant li f’Marzu u f’Novembru tal-2021 ukoll kien waqa’ għadd kbir ta’ ġebel.
L-aħħar inċident simili ġara x-xahar li għadda f’Marsaskala, fejn għadd ta’ ġebel waqa fil-limiti tal-Bajja ta’ San Tumas, u kawża ta’ dan tilfet ħajjitha Mirabelle Falzon ta’ 22 sena.

