L-isprinter Franċiż Muhammad Abdallah Kounta, li kkompeta għal Franza fl-Olimpjadi ta’ Pariġi, ġie sospiż mill-Federazzjoni Nazzjonali tal-Atletika wara li ppubblika kummenti li jinċitaw il-mibegħda fuq il-midja soċjali.
Il-Ministru tal-Isport Franċiż Amelie Oudea-Castera ħabbret li l-President tal-Federazzjoni Franċiża tal-atletika kkonfermalha li kien issospenda lill-atleta, ikkuntattja lill-prosekutur pubbliku kif ukoll lill-Kummissjoni Dixxiplinarja tal-Federazzjoni.
Hija ddeskriviet il-messaġġi fil-midja socjali li poġġa Kounta li jimmiraw lil Iżrael b’mod partikolari u li huma xokkanti daqskemm huma inaċċettabbli minkejja li minn dakinhar il-messaġġi tħassru.
Wara li neħħa l-messaġġi Kounta reattivah biex poġġa apoloġija fejn introduċa lilu nnifsu bħala “Franċiż, Musulman u kburi”. Huwa kkummenta li l-followers jieħdu gost bit-tweets tiegħu u jieħdu xi wħud mill-kummenti barra mill-kuntest, u jpinġuħ bħala anti-abjad, anti-Franza u anti-Semitiku .
Fl-Olimpijadi ta’ Parigi Kounta, li għandu 29 sena, kien fit-tim tar-relay mixed tal-4 X 400 metru.
//= $special ?>