Sport

Il-Kampjonati tad-Dinja tal-Masters tal-Atletika fl-Iżvezja

Fil-Kampjonati tad-Dinja Masters tal-Atletika li qed isiru f’Gothenburg, fl-Iżvezja, kien hemm is-suċċess fil-Long Jump kategorija 45 għal RACHID CHOUHAL li b’6.34 metri rebaħ il-midalja tal-bronż. Il-finali intrebħet minn Lukasz Sobora tal-Polonja b’6.78 metri. Fit-tieni post qabel Chouhal temm James Beckford tal-Jamaica eks Cħampion Olimpiku f’Atlanta b’6.55 metri.

Fil-finali tal-long jump ħadu sehem 23 atleta.

Rachid Chouhal ħa sehem ukoll fil-100 metru fejn minkejja li rebaħ il-heat numru 6 fi 11.69 sekondi qabel Wayne Holroyd ta’ New Zealand bi 12.29 sekondi. Bi 11.69 sekondi Chouhal temm fid-9 post overall fejn b’0.02 sekonda ma għaddiex għal finali.

Fil-istess Kampjonati tad-Dinja Masters se tikkompeti wkoll Antonella Chouhal fis-shot put u hammer throw fid-19 u fit-22 ta’ Awwissu.