Sport

Jack Mizzi ta’ 18-il sena rebaħ it-tieni fażi tal-Kampjonati Nazzjonali taċ-Ċess ta’ Malta

Il-Junior Champion Jack Mizzi ta’ 18-il sena, rebaħ it-tieni fażi tad-89 edizzjoni tal-Kampjonati Nazzjonali taċ-Ċess ta’ Malta – il-Kandidati.  Mizzi, li jilgħab mat-tim nazzjonali u rrapreżenta lil Malta f’diversi turnew taż-żgħażagħ, dalwaqt ser ikun qed jipparteċipa mat-tim Nazzjonali Olimpiku.  Huwa rnexxielu jirbaħ ħames logħbiet u jikseb żewġ draws, sabiex jassigura l-ewwel post fuq 6 punti. Mizzi huwa mistenni li jakkwista 95 punt tar-rating.

Ir-rivelazzjoni ta’ dan it-turnew kien Matthew Portelli ta’ tnax-il sena fejn rebaħ il-logħob kollu li lagħab matul din is-sena fejn minkejja li ma kkwalifikax mal-ewwel 10, wara tela’ sparat fil- klassifika meta rebaħ l-ewwel erba’ logħbiet – inklużi rebħa kontra plejer nazzjonali Robert Novak, u rebħa oħra kontra Robert Zerafa li kien Champion ta’Malta ħames darbiet.   Fl-aħħar logħba rebaħ kontra Eks Malta Champion ieħor Patrick Zerafa biex spiċċa fit-tieni post.

Ta’ 12-il sena, Portelli ser ikun wieħed mill-iżgħar parteċipanti tal-Malta Championship Finals f’Ottubru. Wara Jack Mizzi u Matthew Portelli temmew b’5 punti Robert Novak u David Cilia Vincenti, b’ 4.5 punti Robert Zerafa, b’4 punti Patrick Zerafa u Onurcan Pala, bi 3.5 punti Duncan Vella, Jacob Zammit, Joe Grech, Karl Saliba, Conrad Thake u Luke Salib, b.i 3 punti  Mario Psaila, Krishnan Muthukumar, Filipina Thornton, Isaac Grima Bongailas u Claude Licari, bi 2.5 punti Ella Miceli Farrugia, Andrei Dobbin, u b’2 punti Alex Farrugia,