Futbol Sport

Kalvin Phillips b’self ma’ Ipswich Town

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder Ingliż Kalvin Phillips se jissieħeb b’self ta’ staġun mingħand Manchester City għal għand Ipswich Town li matul dan l-istaġun se jkunu qed jilagħbu fil-Premier League.

Phillips naqas milli jidħol fil-formazzjoni ta’ Pep Guardiola minn meta ssieħeb mas-Citizens fl-2022 mingħand Leeds United. Fl-istaġun li għadda hu kien misluf għand West Ham United fejn naqa milli jimpressjona u anke tilef postu fl-iskwadra tat-tim Ingliż għall-EURO 2024.

Minekjja li Pep Guardiola tkellem b’mod pożittiv dwar Phillips fit-tour tal-Istati Uniti hu naqas milli jutilizzah fil-partita tal-Community Shield kontra Manchester United.