Lokali

“L-aqwa risposta hi li nkunu tassew nies ta’ tama soda” – L-Arċisqof ta’ Malta

“L-aqwa risposta hi li nkunu tassew nies ta’ tama soda.”

Kien dan il-messaġġ ta’ imħabba li wassal l-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna waqt il-pontifikal li sar fil-Bażilika Minuri, fil-Mosta għall-jum ta’ Santa Marija.

Huwa fakkar fl-importanza tal-ħajja li għandna ngħixuha dejjem bit-tama.

“It-tama li tingħatalna llum mhix tal-mewt imma tal-ħajja. Jgħaddi d-dawl.”

U dan jista’ jseħħ permezz ta’ tama f’Santa Marija.

“Marija sinjal ta’ tama u dawl.”