Futbol Sport

Missier Lamine Yamal attakkat b’sikkina f’parkeġġ

(Ritratt: EPA)

Missier l-istilla Spanjol ta’ 17-il sena Lamine Yamal, Mounir Nasraoi kien attakkat b’sikkina f’parkeġġ f’Mataro fin-naħa ta’ fuq ta’ Barcelona l-Erbgħa filgħaxija.

Il-pulizija Katalana qalet li tliet persuni kienu arrestati b’rabta ma’ dan ir-reat l-Erbgħa filgħaxija filwaqt li l-allegat agressur kien arrestat il-Ħamis filgħodu. Nasraoui ttieħed fi sptar f’Barcelona fejn il-kundizzjoni tiegħu kienet waħda serja iżda stabbli.

Jidher li kmieni matul l-istess jum, Nasraoui kellu argument ma’ grupp ta’ persuni waqt li kien b’passiġata bil-kelb tiegħu. Il-midja Spanjola qed tirraporta li aktar tard matul il-jum, l-istess persuni attakkawh b’sikkina. Il-mottiv wara dan il-każ gżadu mhux magħruf.

Lamine Yamal rebaħ l-unru tal-aqwa plejer matul l-EURO 2024.