Lokali

Omm u tifel l-Isptar wara li nqalbet vettura fil-bypass ta’ Birkirkara

Omm u tifel ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li nqalbet vettura fil-Bypass ta’ Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4 pm, biż-żewġ vittmi jidhru li kienu passiġġiera fil-vettura. Fil-post intalbet l-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu f’dan l-inċident.

Fil-post issejjaħ tim mediku biex jassisti lill-vittmi, bil-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan l-inċident.