Futbol Sport

Tottenham jissospendu lil Yves Bissouma għall-partita kontra Leicester

(Ritratt: EPA)

Tottenham issospendew lill-midfielder Yves Bissouma għall-partita ta’ nhar it-Tnejn kontra Leicester. Dan wara li deher f’filmat jieħu gas minn bużżieqa.

B’reazzjoni għal dan il-filmat, Bissouma talab apoloġija wara li l-filmat deher fuq il-midja soċjali. L-użu ta’ nitrous oxide għal skop rekreazzjonali sar meqjus bħala offiża kriminali fir-Renju Unit mill-2023 u jista’ jwassal għal sentejn priġunerija.

Il-kowċ ta’ Tottenham Ange Postecoglou qal li ssospendew lil Bissouma għall-partita ta’ nhar it-Tnejn fejn qal li jrid ikun hemm sens ta’ fiduċja bejnu u bejn il-plejer. Bissouma ssieħeb ma’ Tottenham fl-2022 mingħand Brighton.