Kunsilli Lokali Lokali

Żewġ persuni se jitressqu l-Qorti wara li ġie aggredit is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill taż-Żejtun

Żewġ irġiel mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin wara li allegatament ħebbew għas-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħodu, barra l-għassa tal-Pulizija.

Net News jinsab infurmat li wieħed mill-irġiel possibbilment jagħmel xi xogħol għall-istess Kunsill Lokali.

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ma ħarġet ebda stqarrija dwar dan il-każ. Anke l-Gvern baqa’ kompletament sieket.

S’issa għadu mhux ċar id-dinamika ta’ kif eskalat din is-sitwazzjoni, u minn fejn nibtet.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.