Lokali

Żewġ Taljani l-Isptar wara li nqelbu bil-quadbike

Żewġ Taljani ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li nqelbu bil-quadbike CF Moto li kienu qed isuqu fil-bypass ta’ San Pawl, ix-Xemxija għall-ħabta ta’ nofsinhar.

Fil-post issejjaħ tim mediku li taw lis-sewwieq ta’ 29 sena u l-passiġġier ta’ 34 sena l-attenzjoni medika li kellhom bżonn. Iktar tard ittieħdu l-Isptar għall-kura, fejn is-sewwieq kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief filwaqt li l-passiġġier ġarrab ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni tagħha biex tistabbilixxi x’ikkawża dan l-inċident.