Futbol Sport

Bidu mill-aqwa għall-istaġun bi draw spettakolari

(Ritratt: Martin Agius)

Balzan………………..3

Birkirkara…………….3

Balzan: D. Golovic, S. Arab, T. Caruana (C. Dormond 53′) (G. Camilleri 93′), N. Pulis, I. Westendorf (M. Grima 71′), J. Busuttil, H. Stanic, N. Zerjal, K. Williams, U. Akpan, M. Ahadi (O. Awosanya 71′)

Birkirkara: G. Volpe, M. Morello, A. Sandona, S. Dimech (P. Gaitan 63′), P. Mbong, K. Zammit, A. Satariano, N. Micallef (A. Zammit 63′), M. Da Silva (L. Lacunza 77′), M. Samurai (H. Martins 89′)

Referee: Matthew De Gabriele

Assistenti Referees: J. Spiteri, M. Scerri

Bidu mill-aqwa għall-istaġun 360 Sports Malta Premier hekk kif Birkirkara u Balzan temmew fi draw spettakolari ta’ 3-3.

Birkirkara fil-vantaġġ wara 12-il minuta meta minn kross ta’ Shaun Dimech kien Maxuell Samurai li għamilhom 1-0. Balzan rrispondew meta minn corner ta’ Jan Busuttil, kien Henri Stanic li għamel l-iskor indaqs.

Balzan irnexxielhom imorru fil-vantaġġ qabel il-mistrieħ meta kien Jan Busuttil li għal darb’oħra provda l-assist lil Nicholas Pulis li b’xutt fil-baxx għamilhom 2-1. Birkirkara iżda ġabu l-iskor indaqs għal darb’oħra fl-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima meta Kevin Williams waqqa’ lil Samurai fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Mill-ħdax-il metru, l-istess Samurai ma żbaljax għal 2-2.

Balzan ħarġu fuq l-offensiva u rebħu penalty li minnu kien Udo Akpan li għamilhom 3-2. Ir-referee Matthew De Gabriele saffar it-tielet penalty tal-partita fit-83 minuta meta għal darb’oħra kien Samurai li ma żbaljax u għamel l-iskor finali 3-3.