Ġie żvelat li l-kantant Ed Sheeran xtara 1.4% tat-tim ta’ Ipswich Town.
Kemm il-klabb u kif ukoll Sheeran stess ikkonfermaw li l-kantant, li ilhu mill-2021 jisponsorja l-flokkijiet tat-tim, iffirma bħala investitur “passiv” biss, u mhux se jsir membru tal-bord.


Madankollu, bħala parti mill-ftehim, Sheeran se jirċievi ċertu vantaġġi, b’wieħed mill-vantaġġi jkun l-użu fit-tul tal-kaxxa eżekuttiva personalizzata għalih fl-istadium tat-tim Portman Road.
Din l-aħbar waslet ftit qabel mat-tim, li huma magħrufin bħala Tractor Boys, irritornaw lura għall-Premier League wara 22 sena.
Il-kantant ħabbar dan il-ftehim billi fuq Instagram ippublika filmat tiegħu jsuq trattur f’għalqa biex jiċċelebra.

Aktar kmieni din is-sena, kumpanija Amerikana privata xtrat sehem ta’ 44% fil-klabb għal madwar £105 miljun, hekk jidher illi Sheeran jista jkun nefaq £2 miljun għal dan is-sehem.
Sheeran, li trabba f’Framlingham, viċin Suffolk, ilhu ħajtu kollha jżomm mal-klabb ibbażat f’Suffolk u sostna li kien eċitat immens b’din il-mossa.
//= $special ?>