Ħames individwi ġew akkużati bil-mewt tal-attur Matthew Perry fl-2023, skont l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istati Uniti.
L-akkużi tħabbru l-Ħamis filgħodu f’konferenza stampa f’Los Angeles. Fiha ntqal li għadd ta’ investigaturi kixfu network ta’ nies li jbiegħu u jissuplixxu d-droga, li allegatament huma responsabbli biex iqassmu l-ketamina, droga potenzjalment fatali, li qatlet lil Perry.
L-akkużati jinkudu żewġ tobba Salvador Plasencia u Jasveen Sangha, il-live-in assistant ta’ Perry Kenneth Iwamasa, kif ukoll persuna li l-awtoritajiet jirreferu għaliha bħala r-‘Reġina tal-Ketamina’.
L-Avukat tal-Istati Uniti Martin Estrada sostna li l-akkużati ħadu vantaġġ tal-vizzju ta’ Perry, u li huma kienu jafu li dak li qed jagħmlu huwa ħażin.
Il-prosekuturi qalu li l-attur kien qed jesperjenza vizzju tal-ketamina bla kontroll, u kien jieħu d-droga minn sitta sa tmien darbiet kuljum, qabel il-mewt aċċidentali tiegħu b’doża eċċessiva. Meta miet, il-livelli ta’ ketamina f’ġismu kienu ekwivalenti għall-ammont użat għall-anestesija ġenerali waqt operazzjoni, skont l-Uffiċċju tal-Eżaminatur Mediku tal-Kontea ta’ Los Angeles.
L-attur maħbub li kellu l-irwol ta’ Chandler Bing fuq is-serje “Friends” miet f’Ottubru tal-2023 fl-età ta’ 54 sena. Perry instab waħdu wiċċu l’ isfel f’jacuzzi fid-dar tiegħu f’Pacific Palisades f’Kalifornja. L-attur miet riżultat ta’ “effetti akuti ta’ ketamina” u kawża ta’ dan għereq fil-jacuzzi, skont rapport tal-awtopsja tal-Uffiċċju tal-Eżaminatur Mediku ta’ Los Angeles.
//= $special ?>