Mil-lejla jingħata bidu għat-360 Sports Malta Premier fejn l-format se jkun wieħed ġdid bil-kampjonat se jkun maqsum f’żewġ fażijiet. Dan il-kampjonat hu wkoll wieħed partikolari hekk kif se jkun l-ewwel wieħed bi tnax-il tim.
Fl-ewwel partiti ta’ llejla, Balzan se jilgħabu kontra Birkirkara, żewġ timijiet li għamlu bidliet kemm fl-istaff tekniku kif ukoll fil-plejers li akkwistaw għal dan l-istaġun. It-tieni partita se tinvolvi lil Sliema Wanderers u lil Mosta.
Is-Sibt imbagħad l-attenzjoni tmur fit-Tony Bezzina Stadium, fejn Floriana se jkunu qed jilgħabu kontra t-tim neo-promoss Melita u Naxxar Lions se jilgħabu kontra Hibernians.
Il-Ħadd tiġi fi tmiemha l-ewwel ġurnata b’żewġ partiti oħra. Fis-6.00pm, iċ-champions Ħamrun Spartans jilgħabu kontra t-tim l-ieħor li ġie promoss għall-kampjonat Premier Żabbar St. Patrick filwaqt li fit-8.15pm, Marsaxlokk se jilagħbu kontra Gżira United.
360 Sports Malta Premier
Illum
Stadium Nazzjonali
Balzan vs Birkirkara 6.00pm
Sliema W. vs Mosta 8.15pm
Għada
Tony Bezzina Stadium
Floriana vs Melita 6.00pm
Naxxar L. vs Hibernians 8.15pm
Il-Ħadd
Tony Bezzina Stadium
Ħamrun S. vs Żabbar SP 6.00pm
M’Xlokk vs Gżira Utd 8.15pm