Futbol Sport

Jitla’ s-siparju fuq l-istaġun tal-Premier League

(Ritratt: EPA)

Illejla jingħata bidu għall-Premier League fl-Ingilterra bl-ewwel partita tkun f’Old Trafford bejn Manchester United u Fulham.

Għar-Red Devils mistennija jiddebuttaw numru ta’ plejer wara l-akkwisti li għamlu matul dan is-sajf fejn fost l-oħrajn se jiddebutta d-difensur Olandiż Matthijs de Ligt li ssieħeb ma’ Manchester United mingħand Bayern Munich. Fulham ukoll kienu mpenjati matul dan is-suq tat-trasferimenti u mistenni wkoll jiddebutta għalijhom l-midfielder Emile Smith-Rowe.

Is-Sibt mbagħad programm sħiħ ta’ partiti fejn Liverpool jilagħbu barra minn darhom kontra t-tim neo-promoss Ipswich Town filwaqt li Arsenal jilagħbu kontra Wolves. Il-Ħadd żewġ partiti fejn jispikka l-konfront fi Stamford Bridge bejn Chelsea u Manchester City biex it-Tnejn tintlagħab l-aħħar partita dik bejn Leicester City u Tottenham.

Premier League

Illum

Man Utd v Fulham 9.00pm

Għada

Ipswich v Liverpool 1.30pm

Arsenal v Wolves 4.00pm

Everton v Brighton 4.00pm

Newcastle v Soton 4.00pm

Nott. Forest v B’mouth 4.00pm

West Ham v A. Villa 6.30pm

Il-Ħadd

Brentford v C. Palace 3.00pm

Chelsea v Man City 5.30pm

It-Tnejn

Leicester v Tottenham 9.00pm