Lokali

Jitlef ħajtu r-raġel li kien waqa’ sular f’Għajnsielem

Fl-aħħar sigħat sfortunatament tilef ħajtu r-raġel ta’ 51 sena li fis-7 t’Awwissu kien ċeda saqaf fuqu f’Għajnsielem. Kawża ta’ dan hu kien waqa’ madwar sular.

Wara l-inċident hu kien ittieħed mill-isptar Mater Dei minħabba li kien weġġa serjament.

Il-Maġistrat Simone Grech kienet ħatret Inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.