Sliema W…………….2
Mosta……………………0
Sliema W.: K. Emeka, N. Frendo, A. Overend (C. Attard 72′), V. Plut (S. Da Mata 72′), M. Beerman, G. Alcino, H. Murilo, E. Acheampong, S. Zibo, S. Pisani, J. De Oliveira (Serginho 82′)
Mosta: D. Akpan, T. Shedrack (A. Jerry 65′), S. Cachia (A. Babatola 65′), L. Da Silva, C. Failla (S. Chiemezie 79′), N. Agius (S. Mintoff 89′), V. De Souza, J. Vassallo, Z. Brincat, C. Machado, L. Da Silva
Referee: Fyodor Zammit
Assistenti Referees: D. Sultana, K. Saliba
Sliema Wanderers kellhom bidu mill-aqwa meta għelbu lil Mosta b’mod konvinċenti b’rebħa ta’ 2-0. Sliema lagħbu l-maġġoranza tat-tieni taqsima bi plejer anqas wara li tkeċċa Geoffrey Acheampong.
Sliema ddominaw l-ewwel taqsima iżda naqsu milli jiftħu l-iskor. Huma sfaw jilagħbu b’għaxar plejers meta fl-47 minuta Acheampong iffawlja lil Shedrack Tegwi bir-referee joħroġ it-tieni karta safra u jkeċċi lill-plejer Slimiż.
Minkejja dan, Sliema marru fil-vantaġġ fit-53 minuta meta Bastos xeħet kross fil-baxx lejn Vito Plut li ma żbaljax u għamilhom 1-0. Mosta wkoll sfaw jilagħbu b’għaxra meta tkeċċa l-gowlkiper David Akpan. Sliema għalqu l-partita fl-aħħar ħinijiet meta fil-ħin mogħti żejjed kien Serginhom għamilhom 2-0.
//= $special ?>