Lokali

“Setgħet għadha ħajja” – il-media Irlandiża tirrapporta bi prominenza l-qtil ta’ Nicolette Ghirxi

Il-media Irlandiża qed issegwi bi prominenza dak li seħħ f’pajjiżna din il-ġimgħa, b’rapporti jikkwotaw lill-avukat ta’ Nicolette Ghirxi jgħid li l-Pulizija setgħu jaġixxu – u li kieku ħadu passi, probabbilment il-mara għadha ħajja.

Il-ġurnali fl-Irlanda qed isegwu mill-qrib din il-ġrajja ta’ Edward Johnston, li qalet lill-mara Maltija fl-appartament tagħha fis-Swatar. U l-attenzjoni kollha issa qed idduq fuq il-Kummissarju Angelo Gafà, partikolarment dak li qal hu stess fil-konferenza tal-aħbarijiet tat-Tnejn.

L-avukat Joseph Borda stqarr b’mod ċar li l-Pulizija setgħu jieħdu passi – kuntrarju għal dak li implika Angelo Gafà.

Għal dan il-kliem tal-avukat Borda, Angelo Gafà ma wieġeb assulutament xejn; skiet totali mill-Kummissarju tal-Pulizija, li mill-ġdid qed tikber il-pressjoni fuqu għall-mod kif ħalla is-sezzjoni li timmaniġja r-rapporti ta’ vjolenza domestika mingħajr riżorsi. Bl-avukat ta’ Nicolette Ghirxi jinsisti li hemm bżonn tiġi aġġornata s-sistema kollha.