Lokali

Wara talba tal-PN se jiltaqgħu l-Kumitati Parlamentari biex jiddiskutu l-protezzjoni tal-mara

Wara li fl-aħħar jiem il-Partit Nazzjonalista għamel talba formali biex jiltaqgħu l-Kumitati Parlamentari tal-Affarijiet Soċjali u tal-Familja biex jaraw li jiġi mtejjeb u msaħħaħ l-operat tal-Istat bl-għan li jkunu evitati omiċidji u aktar reati fil-konfront tal-mara, din it-talba ntlaqgħat u l-Kumitati konġunti issa se jkunu qed jiltaqgħu l-Erbgħa li ġej, 21 ta’ Awwissu.

Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ kommess biex jaħdem u jagħti sehemu ħalli jara u jkun ċert li jittieħed kull pass meħtieġ biex ikunu evitati omiċidji u aktar reati fil-konfront tal-mara.

Dan tħabbar fi stqarrija mill-Whip u Segretarju tal-Grupp Parlamentari Robert Cutajar.