Membri ta’ Transport Malta u uffiċjali oħra tal-infurzar marru fl-inħawi ta’ Fungus Rock, qrib il-Bajja tad-Dwejra, f’Għawdex sabiex iwaqqfu party li kien għaddej fuq żewġ jottijiet.
Rapporti li saru lill-Malta Ranger Unit wasslu biex dan il-party jieqaf wara li kien hemm mużika ferm għolja u dawl qawwi ħafna wara nofsillejl – xi ħaġa li hi meqjusa li ttellef lill-għasafar protetti fiz-zona.
Avviż li kien ħareġ fl-2023 jagħmilha llegali li wieħed jagħmel storbju eċċessiv u dawl qawwi diz-zona fejn ikun hemm jistrieħu mal-lejl il-Garnija.
Dan l-għasfur ġie protett bil-liġi hekk kif ibidu biss bajda waħda fis-sena, filwaqt li hi diġa’ diffiċli ferm biex dawn il-frieħ jirnexxilhom joħorġu mill-bejta bla ebda sfidi.
Dan minħabba t-tniġġis tad-dawl li kapaċi jfixkilhom, b’riżultat li jtiru lejn l-art minflok lejn il-baħar hekk kif ifixklu d-dawl artifiċjali mad-dawl tal-qamar. Sfortunatament, dan iwassal biex ħafna minnhom jispiċċaw imutu fuq il-gżejjer Maltin qabel biss jilħqu jibdew il-vjaġġ tagħhom.
//= $special ?>