Futbol Sport

Bidu pożittiv għal Melita

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Floriana………………………..3

Melita………………………….3

Floriana: C. Mafoumbi, O. El Hasni, M. Veselji (O. Spiteri 89′), J. Grech, T. Dos Santos, D. Vella, M. Garcia, C. Lonardelli (A. Garzia 46′), K. Nwoko (A. Obonogwu 82′), A. Kouro, F. De Araujo

Melita: G. Mizzi, A. Pena (G. Barone 71′), J. Attard, K. Mohnani, A. Da Costa (B. Cassar 79′), M. Debattista, A. Borg Olivier, M. Bovenkamp, J. Morlets (J. Romero 46′), K. Bondin (P. Galea Testaferrata 79′), H. Motta

Referee: Ezekiel Barbara

Assistenti Referees: D. Sultana, V. Vasilev

Melita kellhom bidu mill-aqwa għall-avventura tagħhom fil-Kampjonat Premier meta temmew fi draw ta’ 3-3 kontra Floriana.

It-tim neo-promoss kellu bidu mill-aqwa fil-Kampjonat Premier meta fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls kmieni fil-partita. L-ewwel kien Aldair Pena li fetaħ il-vantaġġ fit-tmien minuta qabel ma’ Andre Carlos Penha Da Costa rdoppja fis-37 minuta.

Floriana rrispondew fl-40 minuta u naqsu l-iskor permezz ta’ Carlo Zammit Lonardelli. Kyrian Nwoko ġab l-iskor indaqs fl-64 minuta biex erba’ minuti wara kien Mattia Veselji li għamilhom 3-2.

Bil-partita dehret li se tintemm f’rebħa għal Floriana, Melita kellhom ħsibijiet oħra u ġabu l-iskor indaqs fl-aħħar ħinijiet tal-partita permezz ta’ Jean Pierre Attard.