Lokali

Ħadd ma jweġġa’ wara li nirien qerdu dgħajsa f’nofs il-bajja tal-Għadira

Membri tal-Protezzjoni Ċivili issejħu fl-Għadira tard ilbieraħ bil-lejl wara li dgħajsa ħadet in-nar.

Persuni li kienu fuq ir-ramla tard il-Ġimgħa filgħaxija innutaw li f’nofs il-bajja kien hemm dgħajsa li inħakmet mill-fjammi. U dlonk issejħu kemm il-Pulizija kif ukoll membri tas-CPD.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11pm.

S’issa għadu mhux ċar kif żviluppaw in-nirien, għalkemm fortunatament ma kienu rappurtati ebda persuni feruti.