Lokali

Iċċelebrata quddies fl-okkażjoni tas-77 anniversarju tal-Indipendenza tal-Indja

Fl-okkażjoni tas-77 anniversarju tal-Indipendenza tal-Indja, is-St. Paul’s Latin Community, għaqda t’Indjani bit-twemmin Kattoliku, kienet ċelebrata quddiesa fil-festa ta’ Santa Marija, fis-sala Alleluja li tinsab ħdejn il-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali f’San Pawl il-Baħar.

Il-quddiesa tqaddset minn Patri John Paul Vengackal, wieħed minn tliet Patrijiet Indjani minn Kerala li jifforma parti mill-Komunità tal-Franġiskani Konventwali li jmexxu l-Parroċċa ta’ Marija Addolorata Sultana tal-Martri f’San Pawl il-Baħar.

Wara l-quddiesa, il-miġemgħa marret fuq il-Belvedere ħdejn it-Torri Wignacourt fejn Patri John Paul għamel kelmtejn tal-okkażjoni u tella’ l-bandiera Indjana mal-arblu waqt il-kant tal-Innu Nazzjonali Indjan.