Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex tagħmel pubbliku r-riżultati tal-investigazzjoni tagħha dwar il-ħama fil-baħar ta’ Ħondoq ir-Rummien. L-ERA għandha tiddentifika s-sors tal-kontaminazzjoni, u jiġu stabbiliti miżuri effettivi biex jipprevjenu inċidenti bħal dawn fil-futur.
Hekk intqal fi stqarrija maħruħa mix-Shadow Minister għal Għawdex Alex Borg u x-Shadow Minister għall-Ambjent Rebekah Borg.
Il-prijorità tal-Partit Nazzjonalista hija li kontaminazzjoni ta’ din ix-xorta titwaqqaf mis-sors, biex jitnaqqsu r-riskji ambjentali u tiġi mħarsa s-saħħa ta’ dawk kollha li jiffrekwentaw il-bajja.
L-istess sentiment ma japplikax biss għal Ħondoq ir-Rummien, għaliex dan mhuwiex każ iżolat ta’ kontaminazzjoni. Id-diversi istanzi riċenti ta’ kontaminazzjoni fl-ibħra Maltin eskala tħassib mill-pubbliku, li jimmerita trasparenza akbar rigward l-impatt ambjentali u r-riskji potenzjali.
//= $special ?>