Futbol Sport

Inter miżmuma minn Genoa

(Ritratt: EPA)

Inter ddiżappuntaw fl-ewwel partita tal-istaġun meta kienu miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Genoa. Alessandro Vogliacco poġġa lil Genoa fil-vantaġġ wara 20 minuta. Inter ġabu l-iskor indaqs fit-30 minuta minn Marcu Thuram. L-istess Thuram poġġa lil Inter fil-vantaġġ fit-82 minuta qabel ma’ Junior Messias ġab l-iskor indaqs fl-aħħar ħinijiet tal-partita.

F’partita oħra, Parma u Fiorentina temmew fi draw ta’ 1-1. Dennis Man poġġa lil Parma fil-vantaġġ qabel ma’ Cristiano Biraghi ġab l-iskor indaqs għal Viola.