Lokali

L-ERA b’ħidma ta’ monitoraġġ fl-ibħra u l-bajjiet Maltin

Fil-Bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien kienet ġiet irrapurtata roqgħa slime fil-baħar li parti minnha messet mal-bajja ramlija li hemm fl-istess lok. Kif diġa’ stqarret l-ERA, wara li ġie identifikat is-sors, l-ERA ikkordinat ħidma ta’ tindif, fejn l-Federazzjoni tal-Fish Farmers ġiet mqabbda tiġbor s-slime u tnaddaf l-ammont ta’ żjut li ċappas ir-ramel.

L-ERA qed tikkunsidra wkoll azzjoni  permezz ta’ multi amministrattivi fuq l-operatur tal-fish farm fuq il-ksur ta’ kundizzjonijiet tal-permess ambjentali li wasslu għal dan l-episodju. Dawn il-kundizzjonijiet jiddaħlu fil-permessi ambjentali sabiex jillimitaw il-ħsara ambjentali.

Kull min jinnota kontaminazzjoni għandu jikkuntatja lill- ERA fuq 2292 3500.