Arsenal kisbu rebħa komda ta’ 2-0 kontra Wolves. Il-gowls ta’ Arsenal kienu skorjati wieħed f’kull taqsima, l-ewwel kien Kai Havertz li poġġa lill-Gunners fil-vantaġġ fil-25 minuta biex Bukayo Saka ssiġilla r-rebħa fl-74 minuta.
Liverpool ukoll kellhom bidu mill-aqwa meta barra minn darhom għelbu lil Ipswich Town 2-0. Iż-żewġ gowls ta’ Liverpool kienu skorjati fit-tieni taqsima, meta l-ewwel kien Diogo Jota fis-60 minuta u wara kien Mohamed Salah li skorja fil-65 minuta.
Everton sofrew telfa diżappuntanti f’darhom meta kienu megħluba bl-iskor ta’ 3-0 minn Brighton. Kaoru Mitoma poġġa lil Brighton fil-vantaġġ fil-25 minuta. Fit-tieni taqsima, Brighton komplew fejn ħallew u kien Danny Welbeck li għamel l-iskor 2-0. Everton sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta fis-66 minuta tkeċċa Ashley Young. Brighton komplew ikabbru l-iskor fis-86 minuta permezz ta’ Simon Adingra.
Bidu pożittiv ukoll għal Newcastle meta għelbu lil Southampton 1-0. Il-Magpies sfaw jilagħbu bi plejer anqas wara 28 minuta meta tkeċċa Fabian Schar, minkejja dan Newcastle skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa fil-45 minuta permezz ta’ Joelinton.
L-unika draw tal-ġurnata wasal fis-City Ground meta Nottingham Forest u Bournemouth temmew fi draw ta’ 1-1. Forest fil-vantaġġ fit-23 minuta permezz ta’ Chris Wood. Iċ-Cherries ġabu l-iskor indaqs fis-86 minuta permezz ta’ Antoine Semenyo.
Aston Villa wkoll kellhom bidu mill-aqwa meta għelbu lil West Ham 2-1. Amadou Onana poġġa lil Villa fil-vantaġġ wara biss erba’ minuta. Lucas Paqueta ġab l-iskor indaqs permezz ta’ penalty fis-37 minuta qabel ma’ Jhon Duran skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa għal Villa.
PREMIER LEAGUE
Illum
Ipswich v Liverpool 0-2
Arsenal v Wolves 2-0
Everton v Brighton 0-3
Newcastle v Soton 1-0
Nott. Forest v B’mouth 1-1
West Ham v A. Villa 1-2
Għada
Brentford v C. Palace 3.00pm
Chelsea v Man City 5.30pm
//= $special ?>