Lokali

Tingħata l-aħħar tislima lil Nicolette Ghirxi

Fil-Knisja tal-Ħniena Divina fin-Naxxar, dalgħodu ingħatat l-aħħar tislima lil Nicolette Ghirxi – il-mara li inqatlet b’sikkina mill-eks sieħeb tagħha fis-Swatar.

Għall-funeral kienu preżenti qraba tal-vittma kif ukoll ħbieb tagħha li ippakjaw il-knisja għal din iċ-ċerimonja li ċċelebrat il-ħajja tagħha. Preżenti wkoll kollegi li kienu jaħdmu magħha fil-bank HSBC.

Nicolette Ghirxi kellha 48 sena, u hi kienet ilha sa minn April tirrapporta fastidju li kien qed isir fil-konfront tagħha minn Edward Johnston.

L-Irlandiż kien irritorna lura Malta l-Ħamis tal-ġimgħa li għaddiet. U fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn seħħ id-delitt fl-appartament ta’ Ghirxi.

L-awtopsja fuq il-katavru kkonfermat li l-mara inqatlet b’daqqiet ta’ sikkina f’għonqha.