Lokali

Abela jinjora t-tħassib tal-poplu qisu ma huwa qed jiġri xejn

F’intervista fuq ir-radju tal-Partit Labursita Robert Abela kompla jipprova joħloq l-illużjoni li f’pajjiżna kollox miexi fuq ir-rubini, minkejja li l-Gvern tiegħu jinsab mifni bi skandli ta’ korruzzjoni u ġlied intern.

Abela sostna li f’Malta għandna infurzar b’saħħtu ferm, anke jekk il-Korp tal-Pulizija bħalissa qed jaffaċċja sfidi kbar kbar, kemm problemi fuq riżorsi u kif ukoll fuq każijiet sfortunati bħal ma rajna din il-Ġimgħa.

Abela kompla jiddefendi u jfaħħar l-ħidma tal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa, l-istess Gafa li baqa’ ċass quddiem każi ta’ korruzzjoni serjissimi.

Dan apparti n-nuqqas ċar li wera rigward il-qtil ta’ Nicolette Ghirxi, l-mara Maltija li inqatlet anke jekk ftit jiem qabel għamlet rapport mal-pulizija li l-eks sieħeb tagħha, u l-allegat qattiel, Edward Johnston kien jinsab Malta. Fatt li skoprietu hi stess, anke jekk il-pulizija kien infurmahom li kien se jagħmel hekk…Johnston innifsu f’korrispondenza bil-miktub.

Robert Abelahekk kif ġie mistoqsi dwar it-triq ‘il quddiem għall-Partit Laburista sostna li dan hu żmien eċitanti anke jekk kulħadd jaf li fil-Partit Labursita is-sitwazzjoni hija waħda tal-biża, b’Robert Abela jisfrutta l-karigi tal-istat sabiex jiprova jeħles minn ċerta nies fil-Partit tiegħu, kollox għal-skapitu tat-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.

F’botta diretta lil dawk tal-Klikka ta’ Muscat, Abela sostna li jemmen fit-tiġdid – minkejja li idejh jinsabu marbutin tant li flok jiġġedded reġa’ dar lura għal Rosianne Cutajar u Jason Micallef.

Iżda b’mod timidu Abela spiċċa jixħet il-botti fuq il-midja tal-Labour biex jitfa’ pressjoni fuq dawk li jridu jqaċtuh il-barra, billi jiprova jġibhom jidru bħala nies antiki u li diġa servew il-ħin tagħhom.

Abela għalaq billi saħaq li fil-Labour għaddej kollox tajjeb u f’intervista ta’ iktar minn nofs siegħa ma semma xejn għall-fatt li għandna ministeru tal-intern qed jegħereq bi skandli kbar u falliment ta’ sistema, il-mod ta’ kif ċeda fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar, il-ġlied intern fil-Labour li qed iħalli riperkussjonijiet kbar fuq il-pajjiż u s-sitwazzjoni inġenerali xejn sabiħa ta’ pajjiżna.

Dan ikompli jikkonferma jekk Robert Abela m’għandux idea x’qed iħoss il-poplu u issa li tilef kull sens ta’ poter fil-labour qed jagħmel li jista biex jibqa’ relevanti quddiem l-inkompetenza tiegħu u tal-Gvern.