Futbol Sport

Bidu diżastruż għal Napoli u Antonio Conte

Ritratt: EPA

Bidu xejn pjaċevoli għal Napoli u l-kowċ il-ġdid tagħhom Antonio Conte wara li sofrew telfa ta’ 3-0 kontra Hellas Verona. Verona marru fil-vantaġġ fil-50 minuta meta kien Rocha Livramento li xeħet fix-xibka għal 1-0. Fil-75 minuta huma rdoppjaw meta Ondrej Duda għadda lejn Daniel Mosquera b’dan tal-aħħar jikkonkludi fix-xibka qabel fid-90 minuta kien l-istess Mosquera li għamilhom 3-1.

Intant fi Stadio Olimpico rebħa ta’ 3-1 għal Lazio fuq Venezia. Kienu Venezia li marru minn fuq mat-tliet minuti logħob meta kien Magnus Andersen li kkonkluda fix-xibka qabel Lazio kisbu d-draw fil-11-il minuta minn Valentin Castellanos. Minuta qabel il-mistrieħ penalty ta’ Mattia Zaccagni poġġa lil Lazio fil-vantaġġ beix fil-81 minuta awto-gowl ta’ Girogio Altare assigura minn rebħa ta’ Lazio.

Riżultati:
Illum: Bologna v Udinese 1-1, H.Verona v Napoli 3-0, Cagliari v Roma 0-0, Lazio v Verona 3-1
Għada: Lecce v Atalanta 6.30pm, Juventus v Como 8.45pm