Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Lorenzo Vella

Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Lorenzo Vella, il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta.

Hu kien ilu jservi f’din il-kariga minn Marzu 2023, hekk kif matul il-karriera tiegħu serva f’diversi karigi fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea.

Lorenzo Vella dejjem serva bid-diplomazija u r-reqqa li rrikjedew il-karigi li kien fiduċjat bihom u t-telfa tiegħu se tinħass żgur fl-isferi kollha Ewropej.

Il-Partit Nazzjonalista u l-Kap tal-Partit Bernard Grech jesprimu l-kondoljanzi lill-qraba u l-ħbieb ta’ Lorenzo Vella.