Tħabbret il-mewt tal-attur Franċiż u ikona taċ-ċinematografija Franċiża – Alain Delon, fl-età ta’ 88 sena.
L-attur kien meqjus bħala stilla taċ-ċinema fi Franza, magħruf għall-irwoli li kien jinterpreta f’diversi films fost oħrajn Borsalino, The Leopard u The Samurai.
Il-mewt tiegħu ġiet żvelata mill-aġenzija tal-aħbarijiet AFP fejn ġie spjegat li miet imdawwar bi tlett uliedu u l-bqija tal-familja fir-residenza tiegħu f’Douchy.
Fl-aħħar snin Alain Delon kien fraġli ħafna anke kawża ta’ numru ta’ kundizzjonijiet mediċi li kien qed iħabbat wiċċu magħhom.
Bosta kienu dawk is-segwaċi li kienu fanatiċi fuq Delon fis-snin ħamsin u sittin, inevitabbilment favorit fost is-segwaċi nisa li ċertament kienet tolqothom id-dehra tiegħu.
B’kollox tul il-karriera tiegħu ħadem aktar minn 90 film – deskritt mill-gazzetta Le Parisian bħala simbolu tal-maskulinità fiċ-ċinema – attur b’kariżma eċċezzjonali.
//= $special ?>