L-artist versatili George Farrugia, minn Ħal Qormi, hu wieħed mill-25 magħżula fost 635 parteċipanti minn 60 pajjiż differenti għal Premio Internazionale di Arte Contemporanea f’Pariġi, li saret f’April.
L-aqwa galleristi internazzjonali jagħmlu l-għażla tagħhom minn dawk kollha li daħlu għall-kompetizzjoni. Dan il-Premju Internazzjonali hu organizzat minn għaqda ta’ artisti kontemporanji magħrufa bħala PittoriAmo li din is-sena esibew f’Thuillier Galerie f’Pariġi bejn il-25 ta’ April u d-9 ta Mejju 2024. Dawn ir-rebbieħa kienu msemmija fir-rivista popolari Taljana Panorama tad-29 ta’ Mejju. L-esebiti kienu jikkonsistu f’pittura, skultura, grafika, fotografija, arti diġitali u installazzjoni.
Il-biċċa tal-arti li daħħal George f’din il-kompetizzjoni hi skultura bl-isem ta’ Unite u magħmula minn żewġ elementi tar-ram fuq bażi tal-injam. L-arti ta’ George Farrugia hi mimlija sentimenti u emozzjoni sforz l-imħabba tiegħu għan-natura.
//= $special ?>