Manchester City bdew jiddefendu t-titlu tagħhom b’rebħa ta’ 2-0 fuq Chelsea fi Stamford Bridge. It-tim immexxi minn Pep Guardiola qed ifittex rekord ta’ ħames rebħiet infila tal-Premier League. Erling Haaland fetaħ l-iskor għal Man City fil-100 partita tiegħu mas-Citizens, fejn skorja 91 gowl sa issa. Nicholas Jackson irrisponda għal Chelsea fejn kellu gowl mħassar qabel tmiem l-ewwel taqsima, biex imbagħad kien l-eks tal-partita Mateo Kovacic li b’konklużjoni minn barra l-kaxxa għeleb lil Sanchez u għalaq il-partita, sitt minuti mit-tmiem.
Kuntrastanti is-sitwazzjoni taż-żewġ clubs, b’kontinwita’ fl-istil ta’ logħob muri minn Man City, bl-introduzzjoni ta’ Savinho mal-ewwel ħdax, u t-tim ta’ Chelsea, li jidher li l-kowċ Enzo Marezca għadu jrid isib l-ewwel ħdax tiegħu, fejn fost l-ewwel deċiżjonijiet tiegħu kien hemm l-ommissjonijiet ta’ Raheem Sterling u Ben Chilwell.
Intant fl-ewwel partita tal-Ħadd Brentford għelbu lil Crystal Palace 2-1. Bryan Mbeumo fetaħ l-iskor għal Brentford man-nofs siegħa logħob meta għadda minn naħa xellugija u b’xutt fil-baxx tefa’ fix-xibka. Palace kisbu d-draw minn awto-gowl ta’ Ethan Pinnock fis-56 minuta qabel kien Yoane Wissa li fis-76 minuta xeħet fix-xibka mill-viċin għal 2-1.
Riżultati
Chelsea v Man City 0-2
Brentford v C’Palace 2-1
//= $special ?>