Il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard mhux se terġa’ tikkontesta għal din il-kariga jew kariga oħra fit-tmexxija.
Dan ħabbritu hi stess permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali. Iżda fl-ebda ħin ma tat raġuni għaliex mhix se tikkontesta biex tkun parti mit-tmexxija, wara li l-Labour fl-aħħar elezzjonijiet tilef siġġu fil-Parlament Ewropew u maġġoranzi f’numru ta’ Kunsilli Lokali.
F’dan il-messaġġ – moqri mill-karti li poġġiet quddiemha – Ramona Attard kompliet tattakka lill-PN. Dan filwaqt li ftaħret bil-ħidma tagħha ma’ Joseph Muscat.
//= $special ?>