Fl-Allianz Stadium, Juventus kisbu rebħa ta’ 3-0 fuq it-tim neo-promoss Como. Samuel Mbangula poġġa lil Juventus fil-vantaġġ wara 23 minuta b’Timothy Weah jirdoppja qabel il-mistrieħ. Dusan Vlahovic kellu gowl imħassar permezz tal-VAR qabel ma’ Andrea Cambiaso għamilhom 3-0 lejn it-tmiem.
Intant f’partita oħra, rebħa komda għal Atalanta bl-iskor ta’ 4-0 fuq Lecce. Il-gowls kienu skorjat minn doppjetta ta’ Marco Brecianini u doppjetta ta’ Mateo Retegui.
//= $special ?>