Passiġġiera f’karozza sofriet ġrieħi ħfief wara li seħħ inċident tat-traffiku bejn żewġ vetturi f’Raħal Ġdid.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-02:45 ta’ dalgħodu, f’salib it-toroq bejn Triq Pjazza Antoine de Paul u Triq il-Palma, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn Toyota misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti l-Imsida, u BYD misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti l-Furjana.
Ix-xuffier tat-Toyota irrifjuta li jittieħed l-Isptar waqt li l-passiġiera fil-karozza BYD ittieħdet l-Isptar Mater Dei fejn ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.
Jirriżulta wkoll li mal-impatt tal-ħabta, it-Toyota baqgħet dieħla f’vetrina ta’ ħanut.
L-investigazzjonijiet tal-Pulzija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>