Jott għereq ‘il barra mill-kosta ta’ Sqallija, fejn miet raġel u sitta oħra jinsabu nieqsa. Il-jott, li kien qed itajjar bandiera Ingliża, u kien qed iġorr 22 persuna, fosthom 10 ekwipaġġ u 12-il passiġġier, kif ukoll abord kien hemm ċittadini Amerikani u Kanadiżi.
Is-servizzi tal-emerġenza Taljani salvaw 15-il persuna, inkluż tifel ta’ sena, wara li l-bastiment iltaqa’ ma’ temp insatbbli ‘l barra mill-kosta ta’ Palermo. Ġie identifikat ukoll il-fond li jinsab fih il-jott, fond ta’ 50m, filwaqt li bħalissa għaddejja missjoni ta’ salvataġġ mis-servizzi tal-emerġenza Taljani biex isibu n-nies neqsin.
Il-katavru tar-raġel, in-nazzjonalità tiegħu għadha ma ġietx identifikata. Intant tmienja mill-persuni salvati qed jirċievu l-kura fl-isptar. L-Uffiċċju tal-Affarijiet Barranin Britanniku huwa konxju tal-inċident u jinsab f’kuntatt mal-awtoritajiet lokali. Il-jott bl-isem ta’ Bayesian, immexxi minn Camper u Nicholsons International, bħalissa qed isegwu s-sitwazzjoni abbord il-bastimenti tagħhom.
//= $special ?>