Persuni li tkellmu ma’ Net News spjegawlna li l-provista tal-elettriku qed tkompli tinqata’ f’numru ta’ lokalitajiet fosthom f’Birżebbuġa fejn illum id-dawl reġa’ nqata’ għat-tielet jum konsekuttiv. Dan minkejja li l-Enemalta ma ħarġet l-ebda avviż dwar dan il-qtugħ fil-provista tal-elettriku.
Persuni oħra residenti f’Tal-Pietà spjegawlna kif il-provista tal-elettriku kienet qed tinqata’ kull lejla għal ħabta tal-22:00 għal ftit minuti mbagħad tirritorna. Bl-istess residenti jgħidulna li dan se jwassal għal ħsarrat kbar fl-appliances. Persuna partikolari tgħidilna li r-residenti f’Tal-Pieta’ spiċċaw qishom residenti tat-tielet dinja.
//= $special ?>