Il-Gvern tal-Labour kien qal li kellu jiftħu fl-2020
Il-Ministeru tas-Saħħa mistenni joħroġ mill-kuntratt tal-Proġett taċ-Ċentru tas-Saħħa f’Raħal Ġdid, ċentru tas-saħħa li inizjalment suppost il-Gvern tal-Labour kien qal li se jiftaħ fl-2020 bil-Gvern ta’ Abela jgħid li se jkun qed jaħdem f’April tal-2022… biex imbagħad, dak iż-żmien Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, kien ħabbar b’ħafna pompi li se jiftaħ f’Mejju tal-2023… biex aktar tard kien tħabbar li se jkun qed jiftaħ f’Marzu 2024.
Illum, Awwissu 2024 għadu mhux qed jiffunzjona, bil-Gvern qed jiġi rrapportat li jrid jinħall mill-kuntratt mal-kuntrattur responsabbli għal dan il-proġett hekk kif minkejja li jinsab fl-istadju finali nqabżu diversi deadlines – tant li suppost ilu miftuħ għall-pubbliku tal-inqas 4 snin.
Sorsi qrib il-Ministeru tas-Saħħa saħqu mal-ġurnal Times of Malta li minkejja x-xogħol ta’ kostruzzjoni issa huwa lest, il-kuntrattur qabeż mas-17-il deadline fl-aħħar xhur partikolarment ma’ dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ quality control u ċertifikati.
Huwa konfermat ukoll li l-Gvern saħansitra ressaq il-Qorti lill-kuntrattur u għaldaqstant b’mod mill-aktar inevitabbli mistenni aktar dewmien biex iċ-Ċentru tas-Saħħa Reġjonali msemmi għal Ċensu Moran jiftaħ il-bibien tiegħu – proġett li l-permessi għalih ħarġu lura fl-2017.
Bil-Gvern jibqa’ jwiegħed li daqt se jinfetaħ, xahar wara l-ieħor, sena wara oħra.
//= $special ?>