Lokali

Ħadd ma weġġa’ wara li dgħajsa ħadet in-nar f’Marsaxlokk

Membri tas-CPD irnexxielhom jikkontrollaw nirien li ħakmu dgħajsa fil-port ta’ Marsaxlokk.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30am, u kelliem tal-Pulizija kkonfermalna li ħadd ma weġġa’.

Il-pumpieri assiguraw li n-nar jintefa’ fi ftit ħin, anke minħabba l-fatt li d-dgħajsa kienet sorġuta fil-moll li hemm fuq ix-xaqliba tal-power station ta’ Delimara.

L-inċident qed jiġi investigat. Jirriżulta li fil-ħin li fih id-dgħajsa ħadet in-nar ma kien hemm ħadd fuqha.