Stqarrija mill-Forzi Armati tad-Difiża ta’ Iżrael ikkonfermat li nstabu l-katavri ta’ sitt ostaġġi f’Gaza – Yagev Buchshtab, Alexander Dancyg, Avraham Munder, Yoram Metzger, Nadav Popplewell u Haim Perry.
Ħamsa mill-vittmi kienu diġà magħrufa; iżda kien maħsub li Avraham Munder kien għadu ħaj.
Din l-operazzjoni kienet imwettqa mill-IDF flimkien mal-Aġenzija tas-Sigurtà ta’ Iżrael.
Stqarrija uffiċjali mill-Forum tal-Familji tal-Ostaġġi qalet li din l-operazzjoni tfisser l-għeluq ta’ kapitlu u sens ta’ serħan għall-familji tal-vittmi. Huma qalu li l-ħelsien tal-109 ostaġġi li għadhom f’Gaza tista’ tkun miksuba biss permess ta’ negozjati immedjati. Dan filwaqt li wissew lill-gvern ta’ Iżreal biex jagħmel li jista’ sabiex jiffinalizza dawn in-negozjati.
//= $special ?>