Fetħet uffiċjalment il-Konvenzjoni tal-Partit Demokratiku tal-Istati Uniti f’Chicago, fejn il-President Biden irċieva merħba enormi mingħand il-folol – fejn spikkat l-għajta “We love you Joe!”
F’diskors li wassal quddiem sala ppakjata, Joe Biden qal li hu flimkien mal-Viċi President Kamala Harris it-tnejn jafu li għad għandhom ħafna ħidma xi jwettqu; imma qed jimxu f’direzzjoni tajba.
Harris għamlet il-biċċa tagħha biex tiżgura li Biden jirċievi l-aqwa merħba possibbli mid-Demokratiċi, u rringrazzjatu għax-xogħol kollu li għamel għal pajjiżu.
Fi ftit ġimgħat, Harris irnexxielha tbiddel in-narrattiva kompletament, u laħqet lil Donald Trump fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika. Jekk tirbaħ l-elezzjoni ta’ Novembru li ġej, hi ssir l-ewwel President li hija mara sewda – b’għeruq Indjani minn naħa ta’ ommha.
//= $special ?>