Espert mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) insista li l-virus Mpox ’mhux verżjoni ġdida tal-Covid’ u li l-awtoritajiet jafu sew kif għandhom jikkontrollaw il-firxa.
U filwaqt li hemm allert globali għall-Mpox u l-varjant ġdid tal-virus, id-Direttur reġjonali tal-WHO għall-Ewropa, Hans Kluge, insista dwar l-importanza li l-awtoritajiet ikkonċernati jissieħbu f’impenn kollettiv biex irażżnu l-impatt tiegħu.
Kluge, issa, irid ‘azzjoni immedjata’ u impenn biex il-vaċċini jaslu fiz-zoni l-aktar fil-bżonn biex id-dinja ma tgħaddix minn ‘ċiklu ieħor ta’ paniku bħal fi żmien il-pandemija.’
Dan wara li fl-Iżvezja, jiem ilu, ikkonfermat każ tal-varjant ġdid (Clade 1B) tal-Mpox relatat mal-inċidenzi tal-virus ġdid madwar l-Afrika.
//= $special ?>