Raġel minn Santa Luċija weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar sular minn fuq sellum.
L-inċident seħħ f’Santa Luċija għall-ħabta tas-7am, fi bokka residenzjali fi Triq il-Bruka.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 63 sena l-Isptar Mater Dei. Bit-tobba jikkonfermaw li hu sofra ġrieħi gravi kaġun ta’ xi ksur.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>