Ġurnata oħra mill-Kampjonati tad-Dinja Masters tal-Atletika li qed isiru f’Gothenburg, fl-Iżvezja. Wara li ġranet ilu Rachid Chouhal rebaħ il-midalja tal-bronż fil-long jump, ken hemm riżultat ieħor pożittiv minn Charlton Debono fl-10 kilometri road race.
B’kollox kien hemm 532 parteċipant fejn fil-kategorija 40 sena, Charlton Debono kiseb il-midalja tal-fidda. Debono għamel id-distanza f’31 minuta 54 sekonda. Fl-ewwel post temm Pedro Javier Vega Ballesteros ta’ Spanja f’31 minuta 13-il sekonda. Debono daħal fit-tieni post b’distakk notevoli fuq John Craig tar-Renju Unit bi 32 minuta 21 sekonda.
Fil-klassifika ġenerali, Charlton Debono kien ikklassifikat fil-ħdax-il post minn 532 parteċipant.
//= $special ?>